Traġedja li setgħet tiġi evitata – One News

Notifiki

Traġedja li setgħet tiġi evitata

Skond dokumenti fil-pussess tal-BBC l-materjal ta’ insulazzjoni użat fir-rinnovazzjoni tat-torri ta’ Grenfell kien tbiddel għal wieħed orħos. Dokumenti żvelaw li l-materjal tal-aluminju kien inqas reżistenti mill-alternattiv taż-żingu.
B’hekk frankaw madwar £300,000. Huwa mifhmum li l-materjal użat ikkontribwixxa sabiex jinfirex in-nar iktar malajr li ħalla minn ta’ lanqas 80 persuna mejta. Madanakollu, ma hemm l-ebda indikazzjoni li din kienet deċiżjoni deliberat sabiex titnaqqas is-sigurtà.

Dokumenti f’idejn il-BBC jiżvelaw li l-kuntratturi li kienu qed jaħdmu għall-kunsilli ta’ Kensington u Chelsea gew mitluba jbiddlu l-materjal taż-żingu għal wieħed iktar ekonomikament vantaġġuż magħmul mill-aluminju. Ir-residenti kienu nfurmati li kien se jiġi użat il-materjal taż-żingu. Kemm dan il-materjal, kif ukolll dak tal-aluminju għandhom l-istess fire rating.
L-iffrankar tal-flus kien parti minn eżerċizzju sabiex il-Kunsill u l-assoċjazzjoni lokali għall-immaniġġjar u l-organizzazzjoni tal-kerrejja jnaqqsu l-ispejjeż tar-rinnovazzjoni b’ £10 miljuni.
Il-minuti tal-Kunsill Lokali mill-2013 juru n-nuqqas ta’ sodisfazzjon bil-kuntrattur li inizjalment kien preferut dan għaliex ma żammx mal-iskema fil-baġit. Għaldaqstant infetħu iktar offerti, u dan wassal għall-ħatra ta’ kuntrattur differenti fl-2014 li mbagħad ġie mitlub jagħmel tfaddil inkluż fuq il-kisi.
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend