Joseph Muscat isellem lit-tabib Paul Boffa – l-ewwel Prim Ministru Laburista – One News

Notifiki

Joseph Muscat isellem lit-tabib Paul Boffa – l-ewwel Prim Ministru Laburista

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qiegħed il-fjuri quddiem il-monument tal-eks Prim Ministru Paul Boffa fl-okkażjoni tal-127 anniversarju mit-twelid tiegħu.

Pawlu Boffa beda t-traġitt politiku tiegħu meta Malta bdiet titmexxa mill-Maltin stess fl-1921. Sentejn wara, fl-1923, Boffa issieħeb mal-Partit Laburista u rritorna fil-Parlament taħt il-kostituzzjoni magħrufa bħala Amery Milner fl-1924, 1927 u 1932.

Huwa kien elett bħala Mexxej tal-Partit Laburista fl-1927 u immedjatament beda jaħdem biex itejjeb il-qagħda soċjali tal-ħaddiema Maltin u ħadem biex il-ħaddiema jkollhom rappreżentazzjoni fil-Gvern biex ikunu jistgħu jsemmgħu leħinhom dwar l-affarijiet li jikkonċernawhom.

F’Novembru 1947 huwa sar l-ewwel Prim Ministru Laburista u ħadem fost oħrajn biex il-lingwa Maltija tiġi rikonoxxuta fil-Qrati u fl-introduzzjoni ta’ edukazzjoni primarja obbligatorja u pensjonijiet lill-anzjani.

 Huwa miet fid-dar tiegħu f’Ħal Tarxien, fis-6 ta’ Lulju, 1962 fl-età ta’ 72 sena.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend