Il-Ġermanja tapprova żwieġ bejn koppji tal-istess sess | One News

Notifiki

Il-Ġermanja tapprova żwieġ bejn koppji tal-istess sess

Maġġoranza ċara ta’ Membri Parlamentari Ġermaniżi vvottaw favur il-liġi ta’ żwieġ bejn koppji tal-istess ġeneru, dan jiem wara li l-Kanċillier Angela Merkel opponiet din il-liġi.

Din il-liġi se tkun qed tagħti drittijiet legali ugwali għal koppji tal-istess sess li jiżżewġu. Dawn il-koppji se jkollhom ukoll id-dritt li jadottaw it-tfal. Sal-lum fil-Ġermanja kien hemm l-unjoni ċivili, biex issa koppji tal-istess ġeneru se jgawdu ukoll mill-liġi ta’ żwieġ.

Minkejja, li Merkel opponiet din il-liġi hija qalet li tittama li din il-bidla twassal għal aktar paċi soċjali.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend