Għaddew 10 snin minn fuq it-traġedja tal-Kamra tan-Nar ta’ Sant’Elena – One News

Notifiki

Għaddew 10 snin minn fuq it-traġedja tal-Kamra tan-Nar ta’ Sant’Elena

Din il-ġimgħa tfakkar anniversarju ta’ dieqa kbira. Kien is-27 ta’ Ġunju ta’ għaxar snin ilu meta ħamest’irġiel tiflu ħajjithom fl-isplużjoni tal-Kamra tan-nar Sant’Elena.

Traġedja li ħatfet il-ħajja ta’ Vince Galea, Sunny Borg, Carmel Farrugia, Richard Cardona u Paul Bonnici.

Għaddew għaxar snin imma l-memorja f’moħħ in-nies tibqa’ ħajja.

Fil-kamra dak il-ħin kien hemm ukoll raġel ieħor, Joseph Bonello, li rnexxilu jsalva. Ħames snin wara, kienet għadha friska f’rasu t-traġedja li għexu hu u sħabu. Dan kien servizz li xxandar fuq One News.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend