L-Italja thedded li mhux se ddaħħal iktar immigranti – One News

Notifiki

L-Italja thedded li mhux se ddaħħal iktar immigranti

F’ittra li bagħat ir-rappreżentant tal-Italja għall-Unjoni Ewropea, Maurizio Massari, qal li s-sitwazzjoni tal-migrazzjoni fl-Ewropa “mhux waħda sostenibbli” u għalhekk l-Italja qed thedded li ma tħalliex aktar bastimenti ta’ pajjiżi oħra jniżżlu immigranti fil-portijiet tagħha.

Dan wara li fl-aħħar ħamest ijiem, 12,000 persuna waslu fl-Italja u għalhekk żied it-total ta’ migranti fil-pajjiż għal aktar minn 80,000 jiġifieri żieda ta’ 14% meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena l-oħra.

B’reazzjoni għal dan il-Kummissarju Ewropew għall-Migrazzjoni, l-Intern u ċ-Ċittadinanza Dimitris Avramopoulos qal l-Italja għandha raġun tgħid li s-sitwazzjoni tal-migrazzjoni fil-Mediterran ċentrali mhijiex waħda sostenibbli.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend