“A tough act to follow” – il-Politico dwar il-Presidenza Maltija – One News

Notifiki

“A tough act to follow” – il-Politico dwar il-Presidenza Maltija

Il-ġurnal Politico ddeskriva l-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea bħala “a tough act to folow.” Bil-ġurnal jgħid li huwa diffiċli li pajjiżi oħra membri tal-Unjoni Ewropea li ukoll se jkollhom it-tmun tal-Presidenza f’idejhom li jirnexxielhom jiksbu u jagħmlu, dak li għamel pajjiżna tul il-Presidenza.

Dan hekk kif tul il-Presidenza Maltija, ġew iffirmati rekord ta’ 20 liġi f’dak li huwa msejjaħ Coreper I, li huwa kumitat magħmul mir-rappreżentanti permanenti ta’ kull pajjiż membru.

“Dan minkejja li Malta kellha xahar elezzjoni u għalhekk għamlet ġimgħa mingħajr Ministri sakemm il-Prim Ministru Joseph Muscat ifforma Gvern ġdid.”

Bil-ġurnal Politico jirrikonoxxi s-suċċessi sinifikanti u importanti li kisbet Malta tul il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fl-istess waqt li l-pajjiż kellu ukoll fiċ-ċentru tal-attenzjoni l-elezzjoni ġenerali.

Il-kummenti f’dan il-ġurnal, m’humiex l-ewwel kummenti pożittivi dwar il-Presidenza Maltija, hekk kif faħħru ukoll il-Presidenza l-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker u l-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk. Tifħir li sar ukoll fil-konfront tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend