BREXIT m'għandiex toħloq problemi għall-Maltin li jgħixu fir-Renju Unit | One News

Notifiki

BREXIT m’għandiex toħloq problemi għall-Maltin li jgħixu fir-Renju Unit

It-tliet miljun ċittadin Ewropew, inklużi l-31,ooo Malti, li jgħixu fir-Renju Unit u kif ukoll l-Ingliżi li jgħixu fi stati membri Ewropej, fosthom madwar disat elef li jgħixu f’ Malta qed jinżammu fiċ-ċentru tan-negozjati ta’ Brexit.

Qal dan fit-Talking Point tat-Times of Malta, ta’ David Davis, is-Segretarju tal-Istat Brittaniku inkarigat mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

Davis għamilha ċara li r-Renju Unit se jagħmilha faċli biex il-Maltin li bdew ħajja fir-Renju Unit jibgħu jgħixu hemm, u kull xnieha li tgħid il-kontra ma fhijiex xrara verita.

Huwa qal li fl-ewwel laqgħa li kellu ma’ Michel Barnier, hekk kif bdew in-negozjati, għamilha ċara li ċ-ċertezza tal-futur ta’ħajjet in-nies hi prijorita u li hu kuntent li l-Unjoni Ewropea qablet li din tkun waħda mill-ewwel problemi indirizzati.

L-intenzjoni hi, fisser David Davis, li ċittadini Ewropej li marru jgħixu fir-Renju Unit qabel data stipulata fil-liġi u li tkun qabel ir-Renju Unit jitlaq uffiċjalment mill-Unjoni Ewropea, jistgħu japplikaw għal status speċjali.

Dan taħt il-liġi Ingliża li tippermetti li jibqgħu jgħixu hemm mingħajr ma jkunu imposti kundizzjonijiet tal-immigranti.

Dan ifisser li dawn il-persuni jibqgħu jaħdmu u jgħixu fir-Renju Unit mingħajr restrizzjonijiet u saħansitra jistgħu jibqgħu jirċievu penzjonijiet u benefiċċji u japplikaw għal housing soċjali bħal ċittadini Ingliżi.

“Se nittrattaw liċ-ċittadini Ewropej b’ugwaljanza u mhux se jkun hemm diskriminazzjoni bejnhom u ċittadini Ingliżi” qal Davis.

Hu fakkar kif hemm madwar elf student Malti jistudjaw f’ Universitajiet fir-Renju Unit u li dawn il-passi se jittieħdu għax hija l-għażla s-sewwa, li tirrikonoxxi l-valur tal-kontribut taċ-ċittadini Ewropej fir-Renju Unit.

Fl-artiklu temm jgħid li r-Renju Unit se jkompli jilqa’ l-Maltin b’idejn miftuħa, se jkompli jixtri prodotti Maltin u jbiegħ tiegħu, se jkompli jibgħat mal-ħames mitt elf turist fis-sena- u dan għaliex ir-relazzjoni ta’ Malta mar-Renju Unit mhux se tiġi fi tmiemha bi Brexit, iżda sempliċement se jibda kapitlu ġdid.

Ir-relazzjoni bejn Malta u r-Renju Unit hi speċjali wisq u għalhekk jeħtieġ li tkun preservata dan permezz ta’ sħubija speċjalli li żżomm liż-żewġ pajjiżi magħquda stqarr Davis.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend