1950 anniversarju mill-martirju ta' San Pawl | One News

Notifiki

1950 anniversarju mill-martirju ta’ San Pawl

Kien mument emozzjonanti għall-Pawlini meta fil-Kolleġġjata ddedikata lill-istess qaddis nħarġet min-niċċa  l-istatwa ta’ San Pawl u tpoġġiet fi spazju prominenti.

Ħruġ li fisser il-bidu taċ-ċelebrazzjoni tal-festa ta’ San Pawl, festa li din is-sena hija speċjali u dan għax qed jitfakkar l-elf disa’ mija u ħamsin sena mill-martirju tal-qaddis li ġab il-fidi Kattolika f’pajjiżna.

Anniversarju li qed ikun immarkat madwar il-Belt Valletta kollha u dan permezz tar-relikwa tal-kolonna li ntużat fil-martirju. Edward Bonello, Segretarju tal-għaqda Pawlini spjega kif din is-sena, il-festa ta’ San Pawl qed tasal għand kulħadd.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend