Żewġt itfal imutu wara li ommhom ħalliethom f'karozza msakkra bħala "lezzjoni" | One News

Notifiki

Żewġt itfal imutu wara li ommhom ħalliethom f’karozza msakkra bħala “lezzjoni”

Omm minn Texas ġiet imressqa l-Qorti fuq akkużi relatati mal-mewt taż-żewġt itfal tagħha, wara li tilfu ħajjithom meta tħallew f’karozza msakkra u mingħajr twieqi miftuħa fis-sħana.

Cyntha Marie Randolph ammettiet li għalqet il-bieba tal-karozza biex tgħallem lit-tifla tagħha Juliet, li kellha sentejn, lezzjoni wara li rrifjutat li toħroġ mill-karozza.

Juliet u kif ukoll it-tifel ta’ 16-il xahar, Cavanaugh, tilfu ħajjithom fis-26 ta’ Mejju fl-16:30 fejn propju f’dak il-ħin it-temperatura barra kienet ta’ 36 Grad Celsius.

Għall-ewwel l-omm sostniet li t-tfal daħlu fil-karozza u sakruha huma stess, iżda wara ammettiet li dak li ġara kien it-tort tagħha.

L-omm ta’ 24 sena qalet li hi sakkret lit-tfal hemm ġew bħala tgħallima fejn sostniet li ħasbet li t-tifla se tkun qed toħroġ flimkien ma’ ħuha meta tkun lesta tilgħab fiha. Dan kien għall-ħabta tan-12:00.

Minn hemm hi ħalliethom fil-karozza jilgħabu, daħlet id-dar u bdiet tpejjep il-marijuana sakemm spiċċat raqdet u qamet madwar sagħtejn jew tlieta wara.

Hi ammettiet ukoll li kissret it-tieqa tal-karozza sabiex tipprova tqarraq bl-evidenza u tgħid li dan kien inċident.

Hi qed taffaċċja akkużi serji fil-Qorti.

 

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend