Jekk se ssiefer fil-jiem li ġejjin, ara għalfejn għandek tasal kmieni l-Ajruport | One News

Notifiki

Jekk se ssiefer fil-jiem li ġejjin, ara għalfejn għandek tasal kmieni l-Ajruport

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jixtieq javża lill-passiġġieri li t-terminal ser ikun għaddej minn aktar bidliet sinifikanti fil-ġranet li ġejjin, hekk kif tiġi introdotta gradwalment iż-Żona tal-Iskrining tas-Sigurtà l-ġdida tal- ajruport.

Din iż-żona, li bħalissa tinsab fuq il-pjan terran tat-terminal, ser tiġi rilokata għall-ewwel sular, fejn ser tkun mifruxa fuq erja ħafna akbar. Il-biċċa l-kbira ta’ dan il-proċess ser issir tul il-ġimgħa li ġejja, u huwa maħsub li ż-żona tal-iskrining tas-sigurtà l-ġdida tibda tintuża bejn it-Tlieta 27 ta’ Ġunju u lErbgħa 28 ta’ Ġunju. L- infrastruttura tas-sigurtà kritika kollha ser tiġi attivata dakinhar, iżda xxogħlijiet ser jibqgħu għaddejjin tul ix- xahar li ġej waqt li jiġi kkummissjonat xi tagħmir.

Dawn ix-xogħlijiet huma mistennijin li jkollhom impatt limitat fuq l-esperjenza tal-passiġġieri. Iż-żona tas-sigurtà l-ġdida li tokkupa erja li hija d-doppju ta’ dik eżistenti ser tkun qed tibbenefika minn tagħmir tal-ogħla livell inklużi teknoloġija tal-iskrining ġdida, magni li jaqraw il-boarding passes u sistemi ta’ ritorn tat- trejs. Din iż-żona ser tintroduċi wkoll spazju ta’ 180 metru fejn ilpassiġġieri ser ikunu jistgħu jiffurmaw kju, ħafna dawl naturali u għażla ta’ fast track għal dawk li jkunu qed jivvjaġġaw fuq xogħol jew bi tfal żgħar.

Il-Kap tas-Sigurtà tal-MIA Patrick Murgo qal: “Iż-Żona tal-Iskrining tas-Sigurtà l-ġdida tikkostitwixxi qabża ’l quddiem għat-terminal tagħna. “L-eżekuzzjoni ta’ din ir-rilokazzjoni waqt li l-ajruport jibqa’ jopera b’mod normali huwa pass tassew ambizzjuż u aħna ser inkunu qed nagħmlu kull sforz possibbli sabiex niżguraw li kollox jimxi bla xkiel. Madankollu, l-attenzjoni tagħna ħa tkun fuq il-proċeduri tas-sigurtà, sabiex nizguraw li ma jiġux kompromessi matul dan il-proċess. Fid-dawl ta’ dan, qed nirrakkomandaw lill-passiġġieri tagħna jkunu t-terminal tal-anqas sagħtejn qabel it-tluq skedat tat-titjira tagħhom.

“Dan huwa inkonvenjent temporanju li mingħajru ma nistgħux inkomplu nikbru. Għalhekk, nixtiequ nirrigrazzjaw lill-passiġġieri tagħna u lill-pubbliku tal-kooperazzjoni tagħhom fi żmien meta tterminal tagħna għaddej minn metamorfosi. Filwaqt li niskużaw ruħna ta’ kull inkonvenjent, ninsabu fiduċjużi li l-passiġġieri ser japprezzaw it-titjib sinifikanti li qed ninvestu fih, anki f’din iż-Żona talIskrining tas-Sigurtà temporanja, hekk kif inkomplu naħdmu biex niftħu żona permanenti fl-2018.”

It-titjib u r-rilokazzjoni taż-żona tal-iskrining tas-sigurtà jiffurmaw il-qalba tal-proġett ta’ rikonfigurazzjoni tat- terminal tal-ajruport, li fih qed jiġu investiti €12-il miljun. Dan il-proġett jinkludi wkoll sala VIP ġdida fit-tielet sular li tħares fuq ir-runway u gallerija tal-osservazzjoni b’dehra ġdida li nfetħet għall-pubbliku. Wara li ż-żona tas-sigurtà l-ġdida tibda topera, ix-xogħlijiet li jiffurmaw parti mill-proġett ser ikunu ffukati fuq is-sala taċ-check-in, li wkoll ser tibbenfika minn dehra ġdida u faċilitajiet imtejbin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend