Il-piena kienet ta' detriment mhux riforma | One News

Notifiki

Il-piena kienet ta’ detriment mhux riforma

Il-Qorti tal-Appell naqqset is-sentenza ta’ żewġ bouncers li nstabu ħatja li weġġgħu serjament żewġ Taljani fl-2010. Minn piena ħabs is-sentenza naqset għal waħda ta’ probation. Dan minħabba raġunijiet personali.

Inizjalment, l-bouncers, Stephen Catania minn San Ġwann li huwa wkoll security guard u Bernard Briffa mill-Belt li huwa wkoll uffiċjal tad-dwana, kienu akkużati b’ attentat ta’ qtil wara li taw xeba’ lil żewġ Taljani f’ Paceville li kważi ħalliethom mejta fis-siegħat bikrin ta’ Jum San Valentinu ta’ sitt snin ilu. Akkuża li l-Avukat Ġenerali naqqasha u  biddilha f’ offiża gravi fuq il-persuna.

Fil-każ ta’ Briffa l-Imħallef innotat li l-akkużat ma kellux kondotta mċappsa, li jgħix ħajja normali u li martu għandha bżonn l-għajnuna tiegħu ta’ kuljum minħabba problemi ta’ saħħa. Tant li uffiċjal tal-probation irrakkomanda li ħajtu ma tkunx disturbata.

Rigward Catania, il-Qorti tal-Appell tat kas l-osservazzjoni tar-rapport tal-uffiċjal tal-probation li nnota li l-akkużat ibagħti minn rabja kbira u problema serja ta’ droga.

Fiż-żewġ każijiet, l-Imħallef ħasset li s-sentenza ta’ ħabs qasira permessa fil-liġi kienet se tkun ta’ detriment iktar milli ta’ riforma fuq l-irġiel.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend