Il-Kunsill Lokali ta' Marsaskala kontra t-twaqqiegħ ta' binja antika | One News

Notifiki

Il-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala kontra t-twaqqiegħ ta’ binja antika

Il-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala waqt is-seduta li għamel il-Ħamis, iddeċieda bi qbil unanimu fost il-Kunsilliera preżenti biex jappella kontra d-deċiżjoni mogħtija mil-Awtorità tal-Ippjanar fir-rigward ta’ PA2240/17 li tikkonċerna twaqqiegħ ta’ waħda mill-eqdem binjiet li jeżistu f’Marsaskala.

Din il-binja għandha ‘l fuq minn mitt sena.

Fi stqarrija, l-Kunsill qal li ma jifhimx id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar li din il-binja titwaqqa’

“Għaldaqstant, il-Kunsill Lokal ta’ Marsaskala se jieħu r-responsabbilta’ sabiex jipprova jissalvagwardja din il-landmark li żgur li hija ta’ importanza ghal Patrimonju Kulturali mhux biss ta’ Marsaskala imma ta’ Malta kollha.”

Ritratt: TOM
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend