Kuċċier sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident ma’ vettura f’Għawdex.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-6:10 fi Triq Papa Ġwanni Pawlu, ir-Rabat, Għawdex.
Il-Pulizija marru fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar jidher li waqt li vettura Nissan Micra kienet qed tiġi misjuqa minn tfajla ta’ 23 sena, residenti ir-Rabat, Għawdex, għal xi raġuni din kellha mpatt ma’ serkin li dak il-ħin kien għaddej fl-istess direzzjoni.
F’dan l-inċident il-kuċċier, raġel ta’ 50 sena, residenti ir-Rabat, Għawdex sofra ġrieħi ta’ natura gravi, filwaqt li t-tfajla ma weġġatx.
Iż-żiemel ma sofra ebda ġrieħi waqt dan l-inċident.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.