Claudette Buttigieg l-għażla tal-PN bħala Deputat Speaker… xejn għall-koppja Farrugia | One News

Notifiki

Claudette Buttigieg l-għażla tal-PN bħala Deputat Speaker… xejn għall-koppja Farrugia

Claudette Buttigieg se tkun id-Deputat Speaker tal-Oppożizzjoni filwaqt li David Agius se jkun qed jibqa’ bħala Whip.

Iż-żewġ kandidati eletti tal-PN-PD, Marlene Farrugia u Godfrey Farrugia, mhux se jkun qed ikollhom irwol fil-Parlament mal-Oppożizzjoni. Dan tħabbar fi stqarrija li ntbgħatet mill-Partit Nazzjonalista b’lista li turi l-irwoli fil-grupp Parlamentari tal-PN.

Beppe Fenech Adami ġie nnominat bħala Chairman tal-Public Accounts Committee.

Fl-istess stqarrija wera kif iż-żewġ kandidati eletti tal-Partit Demokratiku, Marlene Farrugia u Godfrey Farrugia, ma ngħataw l-ebda rwol fil-Parlament fejn il-pożizzjoni tagħhom bħala parti mill-PN se tkun qed tiġi diskussa l-Ġimgħa li ġej.

Dan minkejja li l-Qorti ddikjarat li dawn huma deputati tal-Partit Nazzjonalista.
20170622 - PN Press Release - Appointments in Partit Nazzjonalista Parliamentary Group
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend