Ċelebrazzjoni tal-Iftar fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista – One News

Ċelebrazzjoni tal-Iftar fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista

F’riċeviment annwali tal-“iftar” li jorganizza l-Partit Laburista flimkien mal-komunità Musulmana f’Malta, ħareġ il-messaġġ t’appell għar-rispett – valur li m’għandux politika, reliġjon jew konfini.

L-attività kienet indirizzata mid-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista Chris Cardona, li stqarr li l-valuri tal-familja, karità u imħabba huma valuri tas-soċjetà kollha.

Fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun, imdawwar b’nies li jħaddnu Reliġjon differenti iżda li huma parti mis-soċjetà Maltija, Chris Cardona fakkar li l-Partit li huwa Deputat Mexxej tiegħu, huwa l-Partit li dejjem ħadem biex il-minoranzi f’pajjiżna ma jaqgħux lura.

Dan isir billi fost l-oħrajn il-Partit jibqa’ viċin il-komunità Musulmana u jisma’ x’inhuma l-aspirazzjonijiet tagħha u l-isfidi li taffaċċja.

Fakkar kif Gvern Laburista żamm mal-wegħda li jgħin l-iskola Mariam al Batool, u se jibqa’ jagħmel dan anki matul din il-leġislatura.

Chris Cardona qal li jinsab konvint li l-komunità qed tgawdi u se tkompli tgawdi mill-ġid li qed jiżboq kull aspettattiva fil-pajjiż; u tenna li Gvern Laburista huwa Gvern tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend