Il-proċess elettorali jintemm… aktar uċuħ ġodda fil-Parlament | One News

Notifiki

Il-proċess elettorali jintemm… aktar uċuħ ġodda fil-Parlament

Wara lill-bieraħ saru l-elezzjonijiet każwali tal-Partit Laburista llum kien imiss dawk tal-Partit Nazzjonalista biex b’ hekk il-Parlament issa huwa magħqud. Bl-għadd tal-voti issa ngħalaq u l-proċess elettorali fil-kumpless tal-għadd tal-voti fin-Naxxar intemm.

Fl-elezzjonijiet każwali ġew eletti seba’ deputati tal-Partit Laburista u ħames Deputati tal-Partit Nazzjonalista. Biex nhar is-Sibt 24 ta’ Ġunju, l-kandidati eletti jieħdu l-ġurament. Ġurament li se jkun qed jara numru ta’ uċuħ ġodda li għall-ewwel darba ġew eletti fil-Parlament.

Dawn huma d-Deputati li ġew eletti fl-elezzjonijiet każwali tal-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista, li se nkunu qed naraw fil-Parlament Malti:

Partit Laburista

It-Tieni Distrett Elettorali (post li tbattal minn Helena Dalli)

Bedingfield Glenn

Ir-Raba’ Distrett Elettorali (post li tbattal minn Chris Fearne)

Grech Etienne    

Il-Ħames Distrett Elettorali (post li tbattal minn Joseph Muscat)

Zrinzo Azzopardi Stefan

Is-Sitt Distrett Elettorali (post li tbattal minn Silvio Schembri)

Cutajar Rosianne

It-Tmien Distrett Elettorali (post li tbattal minn Edward Scicluna)

Zammit Lewis Edward

Id-Disa’ Distrett Elettorali (post li tbattal minn Michael Falzon)

Mallia Manuel

It-Tnax-il Distrett Elettorali (post li tbattal minn Evarist Bartolo)

Bartolo Clayton

Partit Nazzjonalista

Is-Seba’ Distrett Elettorali (post li tbattal minn Beppe Fenech Adami)

Farrugia Godfrey

L-Għaxar Distrett Elettorali (post li tbattal minn Robert Arrigo)

Aquilina Karol         

Il-Ħdax-il Distrett Elettorali (post li tbattal minn Simon Busuttil)

 Bartolo Ivan

Il-Ħdax-il Distrett Elettorali (post li tbattal minn David Agius)

Deguara Maria

It-Tlettax-il Distrett Elettorali (post li tbattal minn Marthese Portelli)

Stellini David

 

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend