BREXIT jiddomina d-diskors tar-Reġina fil-ftuħ tal-Parlament Ingliż | One News

Notifiki

BREXIT jiddomina d-diskors tar-Reġina fil-ftuħ tal-Parlament Ingliż

Brexit kien is-suġġett li ddomina fid-diskors tar-Reġina tar-Renju Unit meta indirizzat l-ftuħ tal-parlament Ingliż. Intqal li l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea se jara li jsir mingħajr xkiel.

Filfatt minn 27 abbozz ta’ liġi, tmienja minnhom kienu dwar Brexit u kif dan ser jaffettwa l-industriji. Abbozz ta’ liġi minnhom kien dwar kif regoli Ewropej jinbidlu f’liġijiet għar-Renju Unit u dan f’miżuri li għandhom x’jaqsmu mal-kummerċ.

Dwana, imigrazzjoni, sajd , agrikultura , sanzjonijiet u armi nukleari. Hemm miżuri oħra li tneħħew jew iż-żmien għalihom se jiżdied u dan minħabba li l-Partit Konservattiv tilef il-maġġoranza assoluta li kellu fil-Parlament.

Issemmew proposti oħra li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ Brexit fost oħrajn proposti li jindirizzaw l-vjolenza domestika u l-abbuż, il-kera u min jikri, investiment f’infrastruttura u miżuri b’rabta mal-armata Ingliża.

Interessanti l-fatt li f’diskors tant mistenni, ma saret ebda referenza għall-president tal-Istati Uniti Donald Trump li għandu stedina biex iżur ir-Renju Unit aktar tard din is-sena li jissuġġerixxi li ż-żjara kienet posposta jew li għad ma kienx hemm qbil fuq data.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend