Stefan Zrinzo Azzopardi elett fuq il-ħames distrett | One News

Notifiki

Stefan Zrinzo Azzopardi elett fuq il-ħames distrett

Is-sitt kandidat elett hu Stefan Zrinzo Azzopardi, li ġie elett fuq il-ħames distrett. Distrett li ġie deċiż li jċedi l-Prim Ministru Joseph Muscat.

Fuq dan id-distrett kienu biċ-ċans li jiġu eletti Glenn Bedingfield, Luciano Busuttil, Roderick Cachia, Mario Calleja, Joseph Cutajar, Joe Farrugia, Edric Micallef, Sebastian Muscat, Rita Sammut, Carlo Stivala u Stefan Zrinzo Azzopardi.

Is-sitt kandidati eletti s’issa humaEdward Zammit Lewis mit-tmien distrett, Glenn Bedingfield fuq it-tieni distrett u Manuel Mallia fuq id-disa’ distrett, Rosianne Cutajar fuq is-sitt distrett, Clayton Bartolo elett fuq it-tnax-il distrett u issa Stefan Zrinzo Azzopardi fuq il-ħames distrett.

L-għadd tal-voti tal-elezzjonijiet każwali beda dalgħodu sabiex jimtlew is-seba siġġijiet vakanti ta’ deputati tal-Partit Laburista. Issa fadal biss ir-raba’ distrett sabiex jiġi elett l-aħħar kandidat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend