Tliet parteċipanti tal-programm #OnTheMove rebħu rigali mill-isbaħ grazzi għal Kellogg’s waqt ix-xow ta’ Tmiem is-Sena organizzat minn SportMalta. Melania Bonello, li tattendi l-kors ta’ ġinnastika fil-Kulleġġ Marja Reġina fil-Mosta rebħet rota filwaqt li, Enrique Ellul li jattendi taħriġ fil-Kumpless Sportiv ta’ Kottonera u Mackenzie Mallia rebħu portable speaker kull wieħed.
Huma rċevew il-premji minn Simon Pace, Sales Maniġer ma’ Charles Darmanin & Co Ltd, id-distributuri uffiċjali ta’ Kelloġġ’s f’Malta.
Organizzat minn SportMalta u sponsorjat minn Kellogg’s għall-17-il sena konsekuttiva, il-ġenituri u qraba attendew ix-xow ta’ Tmiem is-Sena fejn it-tfal tagħhom kellhom ċans li jirbħu wieħed mir-rigali.