AĠĠORNAT: Eletti s-seba' deputati tal-Partit Laburista | One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Eletti s-seba’ deputati tal-Partit Laburista

16:40: Fuq ir-raba’ distrett ġie elett Etienne Grech biex b’hekk b’kollox ġew eletti s-seba’ kandidati.

16:07: Fuq il-ħames distrett ġie elett Stefan Zrinzo Azzopardi. Fadal biss ir-raba’ distrett biex jiġi elett is-seba’ kandidat.

15:09: Ftit tal-ħin ilu ntalab li jsir it-tielet re-count fuq ir-raba’ distrett mill-kandidat Andy Ellul.

14:30: Fuq ir-raba’ distrett il-kandidati Andy Ellul u Stefan Buontempo ħareġ li għandhom l-istess ammont ta’ voti. Wara li sar l-ewwel re-count ta’ tliet kandidati, issa ntalab li jsir it-tieni re-count. Aqra aktar hawn

12:13: Fuq it-tnax-il distrett ġie elett Clayton Bartolo

 

11:02: Fis-sitt distrett ġiet eletta Rosianne Cutajar

10:46: Mid-disa’ distrett ġie elett Manuel Mallia.

 

10:12: Mit-tieni distrett ġie elett Glenn Bedingfield.

 

09:47: Minn fuq it-tmien distrett ġie elett Edward Zammit Lewis.

 

09:15: Ftit tal-ħin ilu beda l-għadd tal-voti bl-ewwel distretti jkunu t-tieni distrett, it-tnax-il distrett u t-tmien distrett.

Wara li jitlesta it-tieni distrett se jkun qed jibda l-għadd tal-voti fuq il-ħames u r-raba’ distrett fil-waqt li kif jintemm il-proċess tal-għadd fuq it-tmien distrett se jkun qed jibda l-għadd tal-voti fuq is-sitt u d-disa’ distrett.

08:48: Illum qed isiru l-elezzjonijiet każwali dan sabiex jimtlew is-seba siġġijiet vakanti ta’ deputati tal-Partit Laburista. Il-proċess, li beda ftit tal-ħin ilu, qed isir wara li seba’ deputati tal-PL telgħu fuq aktar minn distrett wieħed u għalekk kull kandidat elett ċeda wieħed sabiex minfloku tiġi eletta persuna oħra.

B’kollox hemm seba’ kandidati li ġew eletti fuq żewġ distretti li jinkludu lill-Prim Ministru Joseph Muscat li ġie elett fuq it-tieni u l-ħames distrett, Helena Dalli li ġiet eletta fuq it-tieni u t-tielet distrett, Chris Fearne li ġie elett fuq it-tielet u r-raba’ distrett, Silvio Schembri li ġie elett fuq is-sitt u s-seba’ distrett, Edward Scicluna li ġie elett fuq is-seba’ u t-tmien distrett, Evarist Bartolo fuq l-għaxar u t-tnax-il distrett u Michael Falzon fuq id-disa’ u l-għaxar distrett.

  • Il-Prim Ministru Joseph Muscat ġie deċiż li jċedi l-ħames distrett biċ-ċans li jiġi elett kandidat minn dawn:
    Glenn Bedingfield, Luciano Busuttil, Roderick Cachia, Mario Calleja, Joseph Cutajar, Joe Farrugia, Edric Micallef, Sebastian Muscat, Rita Sammut, Carlo Stivala u Stefan Zrinzo Azzopardi
  • Helena Dalli ġie deċiż li ċċedi t-tieni distrett biċ-ċans li jiġi elett kandidat minn dawn:
    Glenn Bedingfield, Stefan Buontempo u Mark Causon
  • Chris Fearne ġie deċiż li jċedi r-raba distrett biċ-ċans li jiġi elett kandidat minn dawn:
    Stefan Buontempo, Joe Cilia, Andy Ellul, Etienne Grech, Domnic Grima u Rita Sammut
  • Silvio Schembri ġie deċiż li jċedi s-sitt distrett biċ-ċans li jiġi elett kandidat minn dawn:
    Rosianne Cutajar u Gavin Gulia
  • Edward Scicluna ġie deċiż li jċedi t-tmien distrett biċ-ċans li jiġi elett kandidat minn dawn:
    Rosianne Cuatajr, Rachel Tua, Ian Castaldi Paris u Edward Zammit Lewis
  • Evarist Bartolo ġie deċiż li jċedi t-tnax-il distrett biċ-ċans li jiġi elett kandidat minn dawn:
    Joseph Matthew Attard, Clayton Bartolo, Alfred Grima u Deborah Schembri
  • Michael Falzon ġie deċiż li jċedi d-disa’ distrett biċ-ċans li jiġi elett kandidat minn dawn:
    Conrad Borg Manche, Manuel Mallia, Nikita Zammit Alamango u Edward Zammit Lewis.

B’kollox ġew ippreżentati 34 nomina għall-elezzjonijiet każwali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend