It-Tnejn filgħaxija l-Prim Ministru Joseph Muscat iltaqa’ mal-Kommunità Musulmana f’ Malta li kienet qed tiċċelebra l-IFTAR jiġifieri tmiem ir-Ramadan.
Huwa beda d-diskors tiegħu b’ referenza għall-attakk terroristiku li seħħ il-Ħadd filgħaxija f’ Londra fejn sostna li rridu naħdmu flimkien sabiex jitwaqqfu l-estremisti.
L- Imam Mohammed El Sadi ikkonferma dak li qal il-Prim Ministru fejn sostna li sfortunatament it-terroriżmu la għandu wiċċ u anqas borduri u għalhekk irridu nkomplu niġġieldu kontra l-estremiżmu.
Preżenti għal din iċ-ċelebrazzjoni kien hemm ukoll Patrijiet minn Ordnijiet Nsara li tikkonferma kemm l-Islam f’ pajjiżna huwa wieħed tolleranti.
Il-Prim Ministru qal ukoll li Gvern Ġdid appunta persuna responsabbli mir-riforma fis-sistema tal-VISAs u l-Permessi ta’ Residenza fejn qal lill-ħsieb huwa li jkun hemm sistema aħjar iżda li jkollha l-kontrolli kollha neċċessarji.