Malta tispikka fil-qasam edukattiv – One News

Notifiki

Malta tispikka fil-qasam edukattiv

 

Malta klassifikat fit-tieni  post ta’ rapport tan-Nazzjonijiet Magħquda dwar il-qagħda edukattiva f’wieħed u erbgħin pajjiż meqjusa bħala sinjuri jew b’saħħa finanzjarja medja.

Minn dan ir-rapport, ippubblikat mill-organizazzjoni fi ħdan in-Nazzjonijiet Maqgħuda li tiffoka fuq it-tfal, il-UNICEF, jirriżulta li hija biss il-Fillandja li kisbet riżultat aħjar minn Malta f’dik li hi kwalità tal-edukazzjoni.

Ir-rapport bit-titlu Building The Future analizza l-mod kif ikunu marru studenti ta’ ħmistax –il sena fil-matematika, ix-xjenza u l-qari.

Stħarreġ ukoll dwar l-aċċess għall-edukazzjoni bikrija.

Fil-fatt dan hu settur fejn ukoll tispikka Malta b’parteċipazzjoni ta’ kważi mija fil-mija tat-tfal.

Ir-rapport jgħid li l-kwantita u l-kwalita ta’ servizzi għal tfal minn tliet snin ‘il fuq ivarja bmod konsiderevoli bejn pajjiżi differenti. U hawn Malta tibrilla tant li tinsab l-ewwel fil-lista.

Wara l-Fillandja u Malta ikklasifikaw il-Korea ta’ Isfel, il-Messiku u d-Danimarka b’ħafna mill-pajjiżi  li jagħmluha wara kienu pajjiżi kbar Ewropej

Ir-rapport iħares lejn bosta oqsma oħra bħal l-obeżità fejn Malta reġgħet irreġistrat waħda mill-ogħla rati fost it-tfal u s-suwiċidji fejn ir-rata f’Malta hija inqas minn dik ta’ pajjiżi oħrajn.

Mir-rapport jirriżulta wkoll li l-bniet jgħinu fix-xogħol tad-dar iktar mis-subien għalkemm skont din l-analiżi d-differenza f’Malta meta mistħarrġa l-etajiet ta’ tmienja u tnax –il sena hi fost l-inqas minn dawk il-pajjiżi analizzati.

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Send this to a friend