Tliet nisa maqtula fi splużjoni fil-Kolumbja – One News

Notifiki

Tliet nisa maqtula fi splużjoni fil-Kolumbja

Tliet nisa tilfu ħajjithom fil-kapital tal-Kolumbja, Bogotá, wara attakk terroristiku, dan skont l-awtoritajiet.

Splużjoni ħasdet il-ħajja ta’ tliet persuni fi stabbilment tax-xiri fejn saħansitra ndarbu madwar ħdax-il persuna.

Intqal ukoll li persuna fost dawk li tilfu ħajjithom hi ta’ nazzjonalità Franċiża. L-awtoritajiet sostnew li l-isplużjoni saret permezz ta’ bomba li tpoġġiet f’tojlit tan-nisa.

S’issa, ħadd għadu ma refa’ r-responsabbiltà għal dan l-attakk.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend