GĦAL KRISTINA CHETCUTI “MISSION ACCOMPLISHED” – One News

Notifiki

GĦAL KRISTINA CHETCUTI “MISSION ACCOMPLISHED”

Is-sieħba tal-Kap tal-Oppożizzjoni, Kristina Chectuti, kitbet fit-Times of Malta li l-għażla tat-tlieta ta’ Ġunju mill-poplu Malti ma kinetx għall-ġid komuni.

Filwaqt li fl-istess artiklu kitbet li ma rebaħx Joseph Muscat u li l-missjoni tagħha u Simon Busuttil hija kompluta.

Fil-kolonna regolari tagħha fit-Times of Malta Chetcuti qalet li kienet involuta direttament fil-kampanja elettorali u dan mhux għax hi s-sieħba ta’ Simon Busuttil.

Iżda, għax għażlet li tkun involuta għax kienet ispirata mill-kawża. Skont hi Simon Busuttil ma riedx politika tal-pjaċiri.

Imma kitbet l-poplu ċaħad dan kollu. “People did not vote for the common good,” kitbet Chetcuti li qalet li l-poplu għażel dawk li sejħet “booty handouts.”

U filwaqt li ssoktat tgħid li l-poplu għażel ħażin qalet li l-veru rebbieħ mhux dak li rebaħ akkost ta’ kollox u skont hi biex għamel hekk uża dak li sejjaħ il-power of incumbency.

Skont hi r-rebbieħ hu dak li ta s-saħħa lill-qlub. Naturalment kienet qed tirreferi għas-sieħeb tagħha.

Fi kliemha l-missjoni hi kompluta għax bis-saħħa tal-forza nazzjonali u Simon Busuttil in-nies qamu mill-apatija u jridu jaħgmlu d-differenza.

Tant li qalet li mit-telfa, waħda mill-ikbar għall-Partit Nazzjonalista fl-istorja, tgħidx kemm nies qed jersqu ‘l quddiem biex joffru kontribut.
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend