Issa tista’ timxi fit-toroq Maltin virtwalment! Dan wara li Google Street View għall-ewwel darba qed turi ukoll it-toroq Maltin. Dan huwa mod faċli ħafna, fost oħrajn, biex meta jkollok xi mistednin li ma jafux fejn toqgħod tibgħatilhom it-triq virtwali ta’ fejn isibu r-residenza tiegħek.
Triq Il- Pellegrinaag, Bormla, Malta | Instant Street View
Triq Il- Pellegrinaag, Bormla, Malta | Instant Street View
/script>
Iżda Google Street View huwa popolari ħafna ukoll mat-turisti, huwa mod faċli ta’ kif wieħed isib post li jixtieq imur fih. Għalhekk, wieħed jista’ jara b’mod virtwali x’se jkun qed isib f’dan il-post qabel ma jżuruhom.
Kien propju s-sena li għaddiet li fit-toroq Maltin bdejna naraw għall-ewwel darba l-karozzi tal-kumpanija Google. Karozzi li kienu hawn għal raġuni, biex jieħdu ritratti tat-toroq biex ikunu jistgħu jsiru dawn il-viżwali. B’differenza għal pajjiżi oħra, f’Malta kienet iktar faċli għalihom li fi żmien iqsar jiviżwalizzaw numru ta’ toroq Maltin dan minħabba li pajjiżna għandu mhedda iżgħar ta’ art.