Ċans ieħor wara li kiser il-kundizzjonijiet | One News

Notifiki

Ċans ieħor wara li kiser il-kundizzjonijiet

Raġel li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest ingħata multa ta’ €1,000 u ngħata twissija ċara li dan kien l-aħħar ċans għalih qabel jerġa’ jintefa’ wara ċ-ċella tal-ħabs ta’ Kordin.

Ryan Briffa ta’ 27 sena minn Ħal Qormi nstab il-Marsa jdur għal ħabta tal-ħamsa ta’ filgħodu meta suppost kien qiegħed id-dar.

Hu kien ma’ raġel ieħor li għall-pulizija mhux ġdid. Sigħat iktar tard Briffa ttieħed il-Qorti u l-Qorti qaltlu li dan l-aħħar ċans.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend