Donazzjoni ta’ €20,000 li minnhom se jibbenefikaw persuni li qed jistennew trapjant tal-kliewi – One News

Notifiki

Donazzjoni ta’ €20,000 li minnhom se jibbenefikaw persuni li qed jistennew trapjant tal-kliewi

Il-Life Cycle ppreżentaw donazzjoni ta’ €20,000 sabiex jinxtara software biex titqabbel il-kilwa tad-donatur mal-pazjent li se jirċievi l-kilwa.
B’kollox hemm mad-90 ruħ jistennew trapjant tal-kliewi. Is-sena li għaddiet sar 47 trapjant fosthom tal-kliewi.

Il-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, żied li b’investiment ta’ ħames miljun u nofs ewro bdew jinbidlu l-magni tal-kliewi li jintużaw fir-Renal Unit.
Sostna li wara li tnieda reġistru għad-donatur tal-organi hemm madwar 8,300 li saru donaturi. Ma’ dawn jiżdiedu 400 impjegat tal-HSBC li flimkien mal-qraba tagħhom għażlu li jkunu donaturi wara mewthom.
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend