Bejn l-11 u 16 ta’ Lulju fi Pjazza Teatru Rjal se jsir l-kabare oriġinali Balzunetta Towers.
Dan l-ispettaklu mużikali se jieħu l-udjenza lura fi żmien, fejn iż-żona Balzunetta fil-Furjana kienet ħajja, b’għadd ta’ bars, b’għadd ta’ mużiċisti b’talent kulturali. Iżda waqt dan l-ispettaklu, imprenditur ikun irid jibni torri fiż-żona.
Balzunetta Towers se tkun qed isir waqt il-Malta International Arts Festival bejn id-29 ta’ Ġunju u s-sittax ta’ Lulju.
Balzunetta Towers hija miktuba mill-eks Prim Ministru Alfred Sant u il-mużika minn Domnic Galea.
Dan kollu se jsir b’kollaborazzjoni bejn Valletta 2018.
Jason Micallef qal li permezz ta’ dan l-ispetakklu se nfakkru dak kollu li ġara fl-imgħoddi f’balzunetta. Qal li b’dan l-ispettaklu se nweldu xi ħaġa li se tħalli legat, teatru kontemporanju fil-Belt Kapitali.
Il-biljetti minn fuq balzunetta towers.com