Karozza fost l-affarijiet għall-bejgħ bl-offerta mid-Dwana – One News

Notifiki

Karozza fost l-affarijiet għall-bejgħ bl-offerta mid-Dwana

Id-Dipartiment tad-Dwana ser jerġa jorganizza bejgħ bl-offerta. L-affarijiet li ser jiġu offruti għall-bejgħ huma diversi, se jkunu maqsumin f’numru ta’ lottijiet u jvarjaw minn:

  • Karozza Volkswagen Bora;
  • Dinghy kbir;
  • Żewġ Akwarja imdaqqsa;
  • 60 kaxxa Qomos;
  • 16,128 par żarbun;
  • 48,000 biċċa underwear;
  • 230 plastic coolers kbar;
  • 24,900 CD Plastic cases;
  • 115 il-pallet madum taċ-ċeramika;
  • 2,567 flixkun Xorb Alkoħoliku;
  • 18,864 flixkun inbid; u
  • 21,600 tazza tax-xorb.

Dawn il-lottijiet wieħed jista’ jarahom fi Newport Bonded Stores il-Marsa bejn nhar it-Tnejn 19 ta’ Ġunju 2017 u l-Ħamis 22 ta’ Ġunju 2017 fil-ħinijiet ta’ mit-8am sa nofsinhar u min-1230pm sat-3.30pm, kif ukoll il-Ġimgħa 23 ta’ Ġunju 2017 fil-ħinijiet ta’ bejn it-8am u nofsinhar. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq 21236125 u 25685167.

L-offerti jintlaqgħu sa nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Ġunju 2017 f’nofsinhar fuq formoli apposta li wieħed jista jiġbor minn Newport Bonded StoresDan huwa bejgħ ieħor bl-offerta’ ta’ oġġetti varji li b’mod regolari d-Dipartiment tad-Dwana jaqbad.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend