Iqatta' 17-il sena ħabs għal serqa li ma kkommettiex | One News

Notifiki

Iqatta’ 17-il sena ħabs għal serqa li ma kkommettiex

Richard Anthony Jones, priġunier Amerikan, qatta’ 17-il sena ħabs wara żball. Dan hekk kif huwa ntbagħat il-ħabs għal serqa li ma kkommettiex hu, iżda raġel jixbħu ħafna.

Huwa ġie rilaxxat mill-ħabs wara li x-xhieda qalet li ma setgħux jagħmlu distinzjoni minn wieħed għall-ieħor u għalhekk l-Imħallef ikkonkluda li ma kienx hemm biżżejjed evidenza biex Richard jinżamm il-ħabs.

Din ma kinitx sejba faċli, dan hekk kif Jones spjega li kellu jinstab ritratt tar-raġel l-ieħor li l-priġunieri kienu xebħuh għal numru ta’ drabi miegħu, wieħed magħruf bħala Ricky.

Minkejja, li huwa ma jemminx fix-xorti stqarr li llum jemmen li xi ħaġa ġrat biex irnexxielu jiġi rilaxxat wara li ġew miċħuda numru ta’ appelli. Għall-investigaturi dan il-każ ukoll kien għadma iebsa dan hekk kif ix-xebħ kien wieħed kbir. Fil-fatt Ricky kien jgħix ferm aktar viċin minn Jones tal-post fejn sar ir-reat.

Jones kien instab ħati wara li xhud qal li kien rah iwettaq ir-reat iżda ma kien hemm ebda evidenza oħra li torbot lil dan ir-raġel mar-reat. Sa issa ma saru ebda akkużi kontra Ricky, li wieġeb mhux ħati li wettaq dan ir-reat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend