Il-Kap tal-Oppożizzjoni Russu kkundannat 30 jum ħabs | One News

Notifiki

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Russu kkundannat 30 jum ħabs

Alexei Navalny, il-Kap tal-Oppożizzjoni Russu ġie kkundannat 30 ġurnata ħabs wara li nstab ħati li kiser il-liġi wara li organizza numru ta’ protesti. Huwa nżamm arrestat mill-Pulizija f’daru f’Moska, propju ftit qabel kienet se ssir dimostrazzjoni oħra fir-Russja.

Alexei m’huwiex l-unika persuna li ġie arrestat b’rabta ma’ dawn il-protesti, fil-fatt kienu mijiet minn postijiet differenti li ġew arrestati. It-talba li għamlu l-avukati difensuri tal-Kap tal-Oppożizzjoni biex il-każ jaqa’ ġiet miċħuda fil-Qorti t-Tnejn.

Huwa mifhum, li Navalny kellu l-ħsieb li jattendi għal protesta oħra mhux awtorizzata. Huwa għandu l-ħsieb li jikkontesta l-elezzjoni Presidenzjali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend