AĠĠORNAT: Pulizija midruba gravi wara sparatura | One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Pulizija midruba gravi wara sparatura

Pulizija Ġermaniża ndarbet gravi wara sparatura f’rasha fl-istazzjon tal-ferrovija f’Munich. Ir-raġel seraq il-pistola li kellha l-Pulizija fuqha u sparalha bih.

Żewġ persuni oħra ndarbu ukoll f’dan l-inċident fl-istazzjoni ta’ Unterföhring S-Bahn. Ir-raġel ġie arrestat mill-Pulizija u qed isofri minn xi ġrieħi wara li l-Pulizija sparaw fuqu. L-inċident ma kienx wieħed terroristiku.

Bħalissa, f’dan l-istazzjoni għaddejja operazzjoni intensiva u s-servizzi tal-ferrovija ġew affettwati.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend