20 ta' Ġunju: Il-ġurnata tal-elezzjonijiet każwali | One News

Notifiki

20 ta’ Ġunju: Il-ġurnata tal-elezzjonijiet każwali

  • Elezzjonijiet każwali għal membru parlamentari fil-5, 12, 2, 9, 4, 6, u fit-8 distretti elettorali

Il-Kummissjoni Elettorali se tkun qed tilqa’ n-nominazzjonijiet tal-kandidati għall-elezzjoni każwali biex jimtlew is-siġġijiet li ġew ċeduti minn Joseph Muscat, Evarist Bartolo, Helena Dalli, Michael Falzon, Chris Fearne, Silvio Schembri, u Edward Scicluna. Dan l-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-lum.

Dawk il-kandidati li kkontestaw id-distretti elettorali msemmija fl-Elezzjoni Ġenerali tat-3 ta’ Ġunju 2017, u li ma ġewx eletti iżda għandhom il-kwalifiki meħtieġa biex jiġu eletti, jistgħu jippreżentaw in-nomina tagħhom kuljum mill-Erbgħa 14 sal-Ħadd 18 ta’ Ġunju 2017, fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali f’Evans Building, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta, bejn id-9.00 am u s-1.00 pm.

Il-formoli tan-nomina jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali. Il-Kummissjoni Elettorali tavża li l-għadd tal-voti tal-elezzjonijiet każwali se jsir nhar it-Tlieta 20 ta’ Ġunju 2017, mit-8.00am ’il quddiem.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend