L-elettorat Franċiż illum b'għażla importanti | One News

Notifiki

L-elettorat Franċiż illum b’għażla importanti

Il-poplu Franċiż qiegħed jivvota biex jeleġġi l-Parlament. Dan wara li ftit tal-jiem ilu ivvutaw biex jagħżlu min se jkun il-President ta’ pajjiżhom, elezzjoni li ntrebħet minn Emmanuel Macron.

Il-President attwali Franċiż qiegħed jittama li b’din l-elezzjoni parlamentari isaħħaħ is-saħħa tiegħu biex ikun jista’ jwettaq il-wegħdiet ekonomiċi u soċjali.

Jekk jirnexxielu jikseb maġġoranza sew fil-Parlament, dan ikun ifisser daqqa ta’ ħarta oħra għall-partiti politiċi tradizzjoni li fl-elezzjoni presidenzjali ta’ din is-sena ma kellhomx kandidat.

“Irridu maġġoranza b’saħħitha biex fis-snin li ġejjin inkunu kapaċi nwettqu r-riformi li Franza tant għandha bżonn” qal kelliem mill-partit ta’ Macron.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend