Il-mument meta Marlene Farrugia ma tindunax li l-mikrofonu mixgħul u tgħid li Julia Farrugia "ĦAMALLA" | One News

Notifiki

Il-mument meta Marlene Farrugia ma tindunax li l-mikrofonu mixgħul u tgħid li Julia Farrugia “ĦAMALLA”

L-aġenzija tal-aħbarijiet inews xandret filmat li fih il-Kap tal-Partit Demokratiku u l-unika kap li fadal tal-PN, Marlene Farrugia, għaddiet mis-sala tal-għadd tal-voti fin-Naxxar.

Lejn l-aħħar tal-filmat, Farrugia tinstema’ titkellem dwar Julia Farrugia Portelli, li f’dak il-mument kienet għadha kemm ġiet eletta. Kif jiġri bħas-soltu f’dan il-mumenti ta’ ferħ, Julia kienet qed tiċċelebra l-fatt li ġiet eletta flimkien ma’ dawk preżenti.

Mhux konxja li qed tinstema’, Marlene tinstema’ tgħid lil Godfrey: “rajtha Julia, x’ħamallaġni ta’ bniedma?”

Dan fost għajjat ta’ Viva Malta u Viva l-Oppożizzjoni. Godfrey kien pront fakkarha li l-mikrofonu mixgħul u qed tinstema’.

Mument li fih ħareġ ċar kif taħsibha Marlene, li magħha ssieħeb il-PN.

Dan il-mument partikolari jinsab lejn l-aħħar tal-filmat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend