AĠĠORNAT: Jintemm l-għadd tal-voti – ara liema kandidati ġew eletti | One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Jintemm l-għadd tal-voti – ara liema kandidati ġew eletti

Hekk kif dħalna fit-tieni jum tal-għadd tal-voti, ftit tal-ħin ilu ntemm il-proċess tal-għadd tal-voti b’65 kandidat issa ġew eletti. Ara hawn isfel il-kandidati li ġew eletti.

L-ewwel distrett

Dan id-distrett ingħalaq għal kollox. Eletti għall-Partit Laburista Jose Herrera, Aaron Farrugia u Deo Debattista. Għall-Partit Nazzjonalista Mario De Marco u Claudio Grech.

It-tieni distrett

Dan hu distrett minn fejn kien elett Joseph Muscat. Eletti wkoll għall-Partit Laburista Helena Dalli u Joe Mizzi u Chris Agius.

Għall-Partit Nazzjonalista kien elett Stephen Spiteri.

It-tielet distrett

Dan hu distrett ieħor fejn il-Partit Laburista rebaħ erba’ siġġijiet. Chris Fearne, Carmelo Abela, Helena Dalli u kif ukoll Silvio Grixti ġew eletti.

Għall-Partit Nazzjonalista ġie elett Mario Galea.

Ir-raba’ distrett

Eletti fir-raba distrett Chris Fearne, Konrad Mizzi, Silvio Parnis u kif ukoll Byron Camilleri.

Għall-Partit Nazzjonalista elett Jason Azzopardi.

Il-ħames distrett

Għall-Partit Laburista kienu eletti Joseph Muscat, Owen Bonnici u kif ukoll Julia Portelli Farrugia.

Għall-Partit Nazzjonalista ġew eletti Antony Bezzina u Hermann Schiavone.

Is-sitt distrett

Dan hu distrett li ngħalaq għal kollox fejn ġew eletti Robert Abela, Silvio Schembri u Roderick Galdes f’isem il-Partit Laburista.

Għall-Partit Nazzjonalista telgħu Ryan Callus u Clyde Puli.

Is-seba’ distrett

Ian Borg, Edward Scicluna kienu eletti għall-Partit Laburista. Ftit wara ġie elett Silvio Schembri.

Għall-Partit Nazzjonalista ġew eletti Beppe Fenech Adami u Jean Pierre Debono.

It-tmien distrett

Ġew eletti Edward Scicluna u Chris Cardona f’isem il-Partit Laburista.

Għall-Partit Nazzjonalista kienu eletti Beppe Fenech Adami, Therese Commodini Cachia u David Agius.

Id-disa’ distrett

F’dan id-distrett f’isem il-Partit Laburista ġew eletti Clifton Grima u Michael Falzon.

Għall-Partit Nazzjonalista eletti Kristy Debono, Robert Arrigo u Marthese Portelli.

L-għaxar distrett

Għall-Partit Laburista ġie elett Evarist Bartolo u kif ukoll Michael Falzon.

Robert Arrigo u Karl Gouder kien elett għall-Partit Nazzjonalista u ġiet eletta Marlene Farrugia minn fuq il-lista tal-Partit Nazzjonalista li tifforma parti mill-Partit Demokratiku.

Il-ħdax–il distrett

Hawn kienu eletti għall-Partit Laburista Anthony Agius Decelis u Alex Muscat.

Għall-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, David Agius u Edwin Vassallo.

It-tnax–il distrett

Għall-Partit Laburista kienu eletti Michael Farrugia u Evarist Bartolo.

Għall-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, Claudette Buttigieg u Robert Cutajar.

It-tlettax–il distrett

Għawdex ra lil Anton Refalo, Justyne Caruana u Clint Camilleri jkunu eletti għall-Partit Laburista.

Għall-Partit Nazzjonalista Chris Said u Marthese Portelli.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend