Marlene Farrugia mhux qed teskludi li tikkontesta biex tkun Kap tal-Partit Nazzjonalista, dan wara li lbieraħ tħabbret b’mod uffiċċjali r-riżenja ta’ Simon Busuttil wara li ġiet żvelata l-ewwel fuq one.com.mt.
F’kumment li tat lill-midja fil-post tal-għadd tal-voti, Farrugia sostniet li jekk ma tikkontestax tixtieq li jkollha sehem fil-proċess biex jintgħażel Kap ġdid.
Meta ġiet mistoqsija minn One News dwar jekk galadarba l-Kap il-ġdid tal-PN ma jaqbilx mal-koalizzjoni PN-PD x’jiġri, Marlene sostniet li se tkun qed tipperswadih.
Minkejja li l-Partit Laburista rebaħ bl-akbar maġġoranza hi xorta kompliet bl-attakki
Hi ġiet eletta ftit tal-ħin ilu fuq il-lista tal-PN bħala kandidata tal-Partit Demokratiku fuq l-għaxar distrett.