Il-Viċi Kap tal-Partit Demokratiku, Anthony Buttigieg ħabbar ir-riżenja tiegħu minn din il-kariga. Hu ħabbar dan permezz ta’ messaġġ fuq is-sit soċjali Facebook fejn qal li hu ngħaqad mal-PD sabiex joħloq triq ġdida, possibiltà ta’ koalizzjoni u inklużjoni fil-politika.
Spjega kif il-kumment li tat Marlene Farrugia dwar il-possibiltà li tikkontesta bħala Kap tal-PN u li tgħaqqad il-PD flimkien mal-PN imur kontra dak kollu li hu jemmen fih. Kien għalekk li hu ħa din id-deċiżjoni.