Lejl ta’ għadd tal-voti fin-Naxxar wassal biex fuq il-maġġoranza tad-distretti tlesta l-ewwel għadd, bl-ewwel kandidati li qabżu l-kwota jkunu eletti.
L-ewwel distrett
Fuq l-ewwel distrett għall-Partit Laburista kien elett mal-ewwel għadd Jose Herrera (4,630) u jinsabu f’pożizzjoni b’saħħitha ħafna Aaron Farrugia (3,600) u De Debattista (2,378).
Għall-Partit Nazzjonalista kien elett mal-ewwel għadd Mario De Marco (4,721). Claudio Grech (2,606) u Paula Mifsud Bonnici (2,000) jidher li se jiġġieldu għat-tieni siġġu li fuq dan id-distrett itella’ l-Partit Nazzjonalista.
It-tieni distrett
Fuq it-tieni distrett l-Prim Ministru Joseph Muscat kiseb 14,774 vot tal-ewwel preferenza. Biex hawn ikun hemm ħjiel ta’ min se jitla’ iktar għall-Partit Laburista ladarba jibdew jitqassmu t-tieni preferenzi tal-Prim Ministru.
Għall-Partit Nazzjonalista kiseb 4,671 vot Stephen Spiteri li wkoll kien elett mal-ewwel għadd. Jidher li dan se jkun l-uniku siġġu li l-PN itella minn dan id-distrett.
It-tielet distrett
L-ewwel għadd f’dan id-distrett għadu ma ngħalaqx uffiċjalment.
Ir-raba’ distrett
Chris Fearne (5,405) u Konrad Mizzi (4,968) kienu eletti mal-ewwel għadd għall-Partit Laburista. F’pożizzjoni b’saħħitha wkoll Silvio Parnis li kiseb 3,334 vot tal-ewwel preferenza.
Għall-Partit Nazzjonalista Jason Azzopardi kiseb 2,497 vot u warajh Carm Mifsud Bonnici kiseb 1,494 vot.
Il-ħames distrett
Bħat-tieni distrett hawn wieħed jibda jifhem aħjar min għandu ċans jitla’ ladarba jkunu tqassmu l-voti tat-tieni preferenza tal-Prim Ministru. Fuq dan id-distrett il-Prim Ministru kiseb 12,886.
Għall-Partit Nazzjonalista hemm fuq quddiem Toni Bezzina b’2,847 vot tal-ewwel preferenza. Herman Schiavone għandu 1,143 vot u Marlene Farrugia għandha 821 vot tal-ewwel preferenza.
Is-sitt distrett
Dan hu distrett mill-iktar interessanti speċjalment f’dawk li huma voti għall-Partit Laburista. Silvio Schembri kien elett mal-ewwel għadd bi 3,950. Robert Abela kiseb 3,403 vot (ftit mijiet bogħod mill-kwota), Roderick Galdes kiseb 2,757 vot u Rosianne Cutajar 1,934 vot. Ian Borg kiseb 1,528 vot fuq dan id-distrett.
Għall-Partit Nazzjonalista hemm Ryan Callus (3,027) li kiseb l-ikbar ammont ta’ voti tal-ewwel preferenza. Warajh Clyde Puli b’2,556 vot.
Is-seba’ distrett
B’5,566 vot Ian Borg kien elett għall-Partit Laburista mla-ewwel għadd. Warajh Edward Scicluna li kiseb 3,665 vot. Silvio Schembri għandu 1,184 vot fuq dan id-distrett.
Għall-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qed quddiem b’2,195 vot. Jean Pierre Debono għandu 1,951 vot u Sam Abela għandu 1,128 vot u Antoine Borg 1,465. Godfrey Farrugia kiseb 1,080 vot tal-ewwel preferenza.
It-tmien distrett
Fit-tmien distrett ħadd ma kiseb kwota mill-ewwel għall-Partit Laburista. Fuq quddiem hemm il-Professur Edward Scicluna bi 3,577 vot u warajh Chris Cardona bi 3,218. Edward Zammit Lewis għandu 2,783 vot tal-ewwel preferenza.
Hawn kien elett mal-ewwel għadd għall-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami li kiseb 6,484 vot tal-ewwel preferenza. Il-wirt tiegħu jindika aħjar fix ikunu kandidati oħra tal-istess partit.
Id-disa’ distrett
Bħal fit-tielet distrett il-lista twila ta’ kandidati waslet biex hawn għadu mhux lest l-ewwel għadd.
L-għaxar distrett
Fuq dan id-distrett hemm Evarist Bartolo li b’2,732 vot jinsab fl-ewwel pożizzjoni. Isewgu Michael Falzon (2,260) u Manuel Mallia (1,777)
Għall-Partit Nazzjonalisa tela mill-ewwel Robert Arrigo (4,793) u warajh hemm Karl Gouder (1,132), George Pullicino (1,088), Nick Refalo (1,043) u Marlene Farrugia (1,016).
Il-ħdax –il disrett
Sa issa mhemm ebda kandidat elett għall-Partit Laburista. L-iktar li kiseb voti tal-ewwel preferenza kien Anthony Agius Decelis b’2,950. Isegwih Alex Muscat b’2,431 u Chris Cardona 2,274.
Għall-Partit Nazzjonalsita għandu 11,266 vot Simon Busuttil.
It-tnax –il distrett
Bi 3,560 jinsab viċin il-kwota Michael Farrugia għall-Partit Laburista. Isegwuh Evarist Bartolo (2,444) u Deborah Schembri (2,331).
Għall-Partit Nazzjonalista kiseb 9,389 vot Simon Busuttil. Robert Cutajar għandu 1,080 vot tal-ewwel preferenza.
It-tliettax –il distrett
F’dan id-distrett, li wasal fit-tieni għadd, kien elett Anton Refalo b’4,853 vot. Segwit Justyne Caruana bi 3,189 vot u Clint Camilleri 2,466 vot. Għall-Partit Nazzjonalista kien elett Chris Said b’4,642 vot u ssegwih hemm Marthese Portelli b’2,622 vot.