Il-programm PJAZZA, ippreżentat minn Karl Stagno Navarra, llum se jkun qed jiddiskuti l-ġurament tal-ħatra tal-Prim Ministru Joseph Muscat u kif ukoll ir-riżenja tal-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil bejn il-ħinijiet tal-17:30 sas-19:30.
Il-programm se jkun qed ikollu mistednin speċjali fosthom Marlene Mizzi, Aaron Farrugia, Edward Scicluna, Helena Dalli, Deo Debattista u Alex Saliba sabiex jiddiskuti s-suġġetti tal-programm tal-lum.