L-Istati Uniti mhux se taċċetta li l-gżejjer Ċiniżi jinbidlu fi gżejjer militari – One News

Notifiki

L-Istati Uniti mhux se taċċetta li l-gżejjer Ċiniżi jinbidlu fi gżejjer militari

L-Istati Uniti mhux se taċċetta li l-gżejjer Ċiniżi magħmula mill-bniedem fis-South China Sea jinbidlu fi gżejjer militari. Dan kien avżat mis-Segretarju Amerikan tad-Difiża James Mattis.

Waqt konferenza tas-sigurta f’Singapor, Mattis qal li jekk dan iseħħ, ikun ta’ theddida għall-istabbilta fir-reġjun.

Huma diversi l-pajjiżi li qed jikkontestaw dak li qed jingħad miċ-Ċina, iġifieri l-kontroll tat-territorju fis-South China Sea. Territorju li huwa mimli riżorsi.

Fl-istess waqt, Mattis faħħar l-isforzi ta’ Beijing biex trażżan l-attivita nukleari tal-Korea ta’ Fuq.
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend