L-andament tal-elezzjoni llejla | One News

Notifiki

L-andament tal-elezzjoni llejla

Il-maġġoranza tal-elettorat ivvota sas-14.00 ta’ wara nofsinhar dak hekk kif ivvotaw 52.3% tal-popolazzjoni Maltija u Għawdxija. Dan ifisser li aktar minn nofs il-poplu kien diġà ivvota. Iżda l-elezzjoni tagħlaq fl-22.00 u għalhekk fis-14.00 kien fadal 47% tal-votanti biex jixħtu l-vot tagħhom.

ONE NEWS kompla jżur aktar lokalitajiet b’kollegamenti diretti fuq Programm speċjali li ilu għaddej fuq ONE HD mis-6.00. In-nies għadhom qegħdin joħorġu jivvottaw f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex u l-andament tal-elezzjoni baqa’ wieħed kalm.

Infakkru, li biex wieħed jivvota jrid jieħu d-dokument tal-vot. Informazzjoni dwar il-polling booths tista’ ssibha fuq din il-link.

ONE.COM.MT se jkun qed jaġġornakom bl-aħħar aħbarijiet dwar l-elezzjoni ġenerali 2017.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend