Malta llum rebħet it-tielet midalja tad-deheb waqt il-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar f’San Marino permezz tat-tiratur żagħżugħ Gianluca Chetcuti fid-Double Trap.
Chetcuti kien konċentrat ħafna waqt il-finali biex laqat total ta’ 69 plattina, wahda aktar mic-ciprijott Leontiu.
Ta’ nota li t-tiratur l-iehor malti William Chetcuti spiċċa r-raba’ wara li sa tmiem l-ewwel ħames rounds kien fl-ewwel pożizzjoni.
Il-midalja tad-deheb ta’ Gianluca Chetcuti tiżdied mat-tnejn l-oħra tad-deheb li ntrebħu mill-atleta Charlot Wingfield u t-tim nazzjonali tal-basketball tan-nisa.
Il-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar jintemm għada.