ID-DIBATTITU JIKKONFERMA: GĦAŻLA ĊARA FIT-3 TA’ ĠUNJU – One News

Notifiki

ID-DIBATTITU JIKKONFERMA: GĦAŻLA ĊARA FIT-3 TA’ ĠUNJU

Fl-aħħar dibattititu tax-xandir bejn il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qabel l-elezzjoni ġenerali, ħarġet bl-aktar mod ċar l-għażla li l-poplu għandu quddiemu fit-tlieta ta’ Ġunju.

Jew Prim Ministru pożittiv bi pjan konkret li jwassalna għall-aqwa żmien ta’ pajjiżna, jew Kap tal-Oppożizzjoni dgħajjef maħtuf ostaġġ mill-forzi konservattivi u l-koalizzjoni tal-konfużjoni.

Id-djufija ta’ Busuttil dehret mill-ewwel intervent tiegħu, meta beda bl-iskużi wara li għamel xhur jgħajjat li startja l-magni.

Dan waqt li kompla jesponi l-atitudni arroganti ta’ partit li jaħseb li għandu setgħa minn Alla biex jiggverna.

Fuq in-naħa l-oħra Prim Ministru determinat li jkompli jmexxina ‘l quddiem fit-triq tas-suċċess. Mhux kliem fieraħ, iżda frott bidla fid-direzzjoni li għaliha jixhed il-poplu Malti u Għawdxi.

Ara għall-Kap tal-Oppożizzjoni, l-konvenjenza tiġi qabel il-konvinzjoni. Ma damx wisq biex waqqa’ l-maskra ipokrita ta’ min f’nifs wieħed jgħid li jgħażel Malta, u f’nifs ieħor jilgħaq il-barrani. Konvenjenza politika mnebbħa mill-kilba għall-poter li twasslu jagħmel kollox. Anke jipprova jbeżża b’suppost SMS’s li rċieva.

Il-konvenjenza ta’ Busuttil u l-konvinzjoni Muscat ma kienux l-uniku żewġ elementi li spikkaw. Rajna ukoll min jgħoxa fil-profezija u min b’ħila ġabna l-aqwa fl-Ewropa.

Ma naqsitx ir-referenza għas-suġġett favorit ta’ Busuttil. Kif għamel fl-aħħar ġimgħat, il-kap Nazzjonalista kompla bl-istrateġija tal-gideb u l-qerq biex jaljena lin-nies. Dan waqt li ma laqax l-aħħar sfida tal-Prim Ministru biex iwarrab ladarba jinstab li rikeb fuq l-akbar gidba fl-isotrja politika ta’ pajjiżna.

Bid-dibattitu tal-awtorità tax-xandir ikun l-aħħar opportunità ta’ ġudizzju bejn żewġ mexxeja, d-differenza ma setgħatx tkun aktar qawwija.

Għażla bejn l-entużjażmu u l-esperjenza ta’ min għalina għandu ħolma Maltija, u n-negattività u d-djufija ta’ mexxej li f’siegħa ma lissen xejn għajr kritika distruttiva. Abbażi ta’ dan irridu ngħażlu lil min irridu fit-tmun ta’ pajjiżna.

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Send this to a friend