Il-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Beppe Fenech Adami, kellu tislima speċjali għall-eks Ministru Giovanna Debono meta kien qed jindirizza mass meeting tal-Partit Nazzjonalista f’Għawdex. Biex hekk sal-aħħar attività tal-istess partit fil-gżira Għawdxija l-eks Ministru baqgħet tieħu promoninenza u tifħir speċjali. Dan anke jekk żewġha qiegħed il-Qorti akkużat b’rabta ma’ skandlu ta’ xiri ta’ voti b’xogħol imħallas minn fondi pubbliċi magħruf bħala work for votes.
Beppe Fenech Adami ma kienx l-uniku kelliem Għawdex. Tkellmet ukoll Marlene Farrugia, waħda miż-żewġ kapijiet tal-Partit Nazzjonalista, li wara li kantant “Nazzjonalista, Nazzjonalisti” faħħret il-powerstation tal-BWSC. Bħas-soltu d-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, kien wieħed negattiv u rrepeta dak li qal filgħodu. Primarjament li jkeċċi l-investituri tal-Vitals Healthcare Group.