'Mass meeting' fil-klassi tal-iskola | One News

Notifiki

‘Mass meeting’ fil-klassi tal-iskola

Hija xi ħaġa naturali li t-tfal jirrepetu dak li jisimgħu, speċjalment fi żmien bħal dan meta l-klima politika tkun fl-aqwa tagħha. Bħalissa fid-djar ħafna adulti jibdew jitkellmu fuq il-politika u dwar dak li jkun għaddej fil-pajjiż, ma jonqosx dak il-battibekk bejn koppja li ma taqbilx fejn tidħol politika. Battibekki u diskussjonijiet li t-tfal jisimgħu u t-tfal jirrepetu. Hekk qed jiġri bħalissa fil-klassijiet tal-iskola, li minkejja l-età żgħira tagħhom ukoll qed jitkellmu dwar il-politika.

Minkejja li forsi l-ġenituri jipprovaw jidhru newtrali kemm jistgħu quddiem it-tfal tagħhom xorta waħda ċ-ċkejknin tagħhom qed jikxfuhom wara l-bank tal-iskola. Le, mhux għax fil-klassi qed tiġi diskussa l-politika iżda għax l-għalliema mingħajr ħtija meta fost oħrajn jużaw il-youtube. Dan minħabba r-reklami tal-Partit politiċi li qed jidhru qabel jibdew il-filmati ta’ youtube, reklami li jitilgħu mhux għax tkun trid iżda għax ikunu saru mill-partiti politiċi rispettivi.

F’dak il-mument, spjegawlna l-għalliema, l-klassi bħal donnha tinbidel f’mass meeting, dan għaliex it-tfal meta jisimgħu reklam jew ieħor jibdew jgħajtu jew Viva l-Labour jew Viva n-Nazzjonalisti, insomma skont id-daqqa ż-żifna.

Għalhekk, l-għalliema bħal donnha tispiċċa xi moderatur fuq programm politiku biex tikkontrolla lit-tfal ma jmurx jinqala’ xi inċident diplomatiku.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend