Raġel ta’ 31 sena mill-Ħamrun ġie kkundannat għaxar xhur ħabs. Dan wara li nstab ħati li attakka żewġ kuntistabbli tal-Pulizija fil-Ħamrun. Sylvester James instab ħati ukoll li darab ħafif lil wieħed mill-Kuntistabbli.
Huwa ġie mmultat ukoll €4,500. Fix-xhieda, l-Prosekuzzjoni qalet ukoll li ż-żagħżugħ hedded ukoll l-ommu.
L-akkużat hu riċediv.