ILLEJLA: L-ikbar attività tal-FŻL għaż-żgħażagħ | One News

Notifiki

ILLEJLA: L-ikbar attività tal-FŻL għaż-żgħażagħ

Illejla, l-ikbar attività għaż-żgħażagħ fil-kampanja Next5: The Rally. Wara numru ta’ attivitajiet li organizzaw il-Forum Żgħażagħ Laburisti li għalihom kien hemm attendenza kbira llejla se jkun qed isir l-ikbar rally għaż-żgħażagħ.

Il-Forum Żgħażagħ Laburisti qed jistieden lil kulħadd jinġabar f’Uno, Ta Qali, sabiex f’atmosfera żagħżugħa u vivaċi jindirizza lil dawk preżenti il-Prim Ministru Joseph Muscat. Se jkunu qed jindirizzaw din l-attività numru ta’ kelliema oħra fosthom Joao Duarte Albuquerque – President tal-YES, l-għaqda taż-żgħażagħ Soċjalisti Ewropej.

Id-dħul huwa b’xejn u min għandu il-polo shirt tan-Next 5 huwa imħeġġeġ jattendi bih. L-attività tibda fit-8.30pm. Wara l-attività jkun hemm afterparty bil-parteċipazzjoni ta’ DJ Lio, Clint Bajada, Ziggy u Carl Bee. Għal aktar informazzjoni dwar dan ir-rally tista’ tagħfas hawn.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend