Il-Ferrovija: childcare centre ġdid f'Birkirkara | One News

Notifiki

Il-Ferrovija: childcare centre ġdid f’Birkirkara

Ġie inawgurat uffiċjalment childcare centre ġdid f’Birkirkara. Childcare centre li qed joffri s-servizz lil 22 tifel u tifla. Dan ic-childcare centre qabel kien jinsab fl-Istazzjon fl-istess lokalità iżda issa ġie trasferit għall-binja aktar adegwata u li se tkun qed toffri spazju aħjar għall-bżonnijiet tat-tfal fl-iskola Primarja ta’ Birkirkara fi Triq l-Isqof Labini. 

Dan ic-childcare se jkun qed jiżdied ma’ tlettax-il childcare centre oħra, fil-fatt il-Fondazzjoni għas-servizzi Edukattivi preżentament qed topera fi tlettax-il childcare centre tal-istat f’Malta.

Dawn iċ-ċentri qed jgħinu lit-tfal biex jiżviluppaw fl-ewwel xhur ta’ ħajjithom qabel jibdew l-iskola. Ic-childcare centres tal-istat huma kollha reġistrati mad-Dipartiment responsabbli li jara li c-childcare centres ikunu ta’ standard u kwalità għolja.

It-tfal kollha qed jingħataw kura ta’ kwalità u servizz personalizzat skont il-bżonnijiet tagħhom. Il-Ministru Evarist Bartolo spjega li dawn iċ-ċentri qed jgħallmu lit-tfal f’ambjent sigur u divertenti filwaqt li qed jingħataw l-attenzjoni neċċessarja. Il-ġenituri qed jingħataw ukoll l-opportunità li jinvestu fil-futur tat-tfal tagħhom.

Kien Gvern Laburista li għall-ewwel darba beda joffri s-servizz ta’ childcare b’xejn għal dawk il-ġenituri li jaħdmu, miżura li wasslet biex illum aktar nisa qed jidħlu fid-dinja tax-xogħol.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend