Aktar ċelebritajiet jingħaqdu ma’ Ariana Grande għal kunċert ieħor f’Manchester – One News

Notifiki

Aktar ċelebritajiet jingħaqdu ma’ Ariana Grande għal kunċert ieħor f’Manchester

Justin Bieber, Coldplay u Katy Perry se jkunu fost iċ-ċelebritajiet fix-xena tal-mużika li se jkunu qed jingħaqdu flimkien mal-kantanta Ariana Grande f’kunċert ieħor f’Manchester, dan wara l-attakk li seħħ ftit tal-jiem ilu.

Il-kunċert se jkun qed isir biex ifakkar it-22 vittma li tilfu ħajjithom waqt l-attakk, fejn il-flus li jinġabru se jkunu qed imorru għall-familji tagħhom.

Take That, Miley Cyrus u Pharrell se jkunu qed ikantaw f’Old Trafford Cricket Ground f’kunċert li se jsir il-Ħadd.

Grande qed toffri biljetti b’xejn lis-segwaċi li kienu fil-kunċert dakinhar li seħħ l-attakk f’Manchester Arena.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend